Kultura
Il-Kunsilli mejgħuna biex iwettqu proġetti għall-ġid tal-annimali

Il-gvern se jgħin lill-Kunsilli Lokali b’għotjiet sa €8,000 biex iwettqu proġetti favur il-ħarsien tal-annimali fil-lokalità tagħhom. Fit-tnedija tal-fond li għalih qed ikunu allokati €120,000; is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li din hija wegħda oħra elettorali li qed titwettaq.

“Waqqafna fond apposta, fejn il-kunsilli lokali tagħna ser ikunu jistgħu jressqu numru ta’ proġetti ‘l quddiem, fosthom dog parks, cat cafes, neutering campaigns, programmi wkoll edukattivi fil-lokalità tagħhom, sabiex inkompli nsaħħu l-animal welfare u l-idea tad-drittijiet tal-annimali ġewwa l-komunitajiet tagħna u nieħdu ħsieb ukoll l-istrays li għandna fl-irħula tagħna,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Qal li dan il-fond qed jitwaqqaf fl-istess żmien li fil-Parlament għaddejja diskussjoni dwar emendi għall-abbozz dwar il-ħarsien tal-annimali. Semma li qed ikun propost, fost oħrajn, li jiżdiedu l-multi għall-moħqrija tal-annimali.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Silvio Parnis, qal li l-Gvern jemmen fil-ħarsien tal-annimali f’kull livell u ħaseb għal dan anke fil-liġi li rriformat il-Kunsilli Lokali.

“Aħna ħassejna wkoll li f’din ir-riforma nieħdu ħsieb id-drittijiet tal-annimali u għaldaqstant ħadna ħsieb li b’liġi issa se jkollok kunsillier responsabbli mill-qasam fejn jidħlu l-annimali mir-responsabilitajiet li se jkollhom.”

L-applikazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi, se jiġu proċessati minn kumitat li twaqqaf apposta.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali biex jirringrazzjja lil dawk kollha li ħadmu qatigħ f’dawn l-aħħar tliet ijiem, hekk kif saret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali 2019….

Elezzjoni

Mistoqsi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li anke fil-perjodu li l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, matul dawk il-25 sena, beda jnaqqas fil-voti. Spjega…

Aktar