Knisja Maltija
Il-Kurja tgħid li m’għandhomx isiru inizjattivi bħal mixegħla u daqq fil-Knejjes mingħajr konsultazzjoni magħha

Wara li fl-aħħar ħin qamet kontroversja fuq il-mezzi soċjali minħabba l-mixegħla tal-Knisja tal-Mosta u d-daqq fil-Knisja, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi ħareġ nota lill-Kappillani u lill-Arċiprieti.

TVM jinsab informat li l-Isqof fakkar lill-Kappillani u l-Arċiprieti li m’għandhomx jaċċettaw inizjattivi ġodda bħal mixegħla jew mużika fil-knisja jew inizjattivi oħra ta’ dan it-tip mingħajr ma tiġi kkonsultata l-Kurja.

Talab lil dawk il-Kappillani u l-Arċiprieti li aċċettaw xi talbiet simili biex iwaqqfu dawn l-inizjattivi.

Ara wkoll:

Tinxtegħel il-faċċata tal-Knisja tal-Mosta bħala ringrazzjament

AĠĠORNAT: DJ idoqq mill-Knisja tal-Mosta

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar