Lokali
Il-Kurja tgħid li tippermetti l-purċissjonijiet tal-festi jekk jiġu approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa

Il-Kurja tal-Arċisqof qalet li l-protokolli għall-attivitajiet reliġjużi jindirizzaw dak li jsir fil-knejjes u f’postijiet reliġjużi.

Fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li stqarr id-Deputat Prim Minsitru Chris Fearne aktar qabel matul il-jum, il-Kurja qalet li tippermetti ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l-purċissjonijiet tal-festi, meta, kif u jekk jiġu approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Qalet li din il-pożizzjoni kienet tħabbret diġà mill-Kurja f’Mejju li għadda.

Tenniet li kif sar s’issa, il-Knisja se tibqa’ fi djalogu mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Ara: Bħalma saret il-Fun Run jistgħu jsiru attivitajiet reliġjużi bil-protokolli stabbiliti – Fearne