Il-Kurja tiddeċiedi: Il-ġirja bl-istatwa ta’ San Gejtanu se tibqa’ ssir

Deċiż id-destin ta’ tradizzjoni marbuta mal-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun… il-ġirja bl-istatwa titulari fid-dħul tal-puċissjoni lura fil-Knisja se tibqa’ ssir. tvm.com.mt jinsab infurmat li l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta b’digriet mogħti lbieraħ mill-Isqof iddeċiedew li l-ġirja tradizzjonali bl-istatwa tibqa ssir fid-dħul tal-purċissjoni lura fil-Knisja nhar il-festa filgħaxija.

Dan wara li fl-aħħar festa ċċelebrata f’Awwissu, waqt il-ġirja l-istatwa għal ftit ma spiċċatx mal-art fuq iz-zuntier fejn setgħet weġġgħet ukoll lin-nies.

F’Novembru l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu ġie ppreżentat b’rapport minn kummissjoni li waqqaf dwar id-dħul tal-vara. Il-kummissjoni kellha tistudja x’wassal għall-inċident, tirrakkomanda l-ġirja tibqax issir, u jekk se tinżamm it-tradizzjoni, tirrakkomanda miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment u ħsara.

Ix-xahar li għadda kelliem għall-Kurja qal li r-rapport tal-Kummissjoni ġie diskuss fl-organi konsultattivi tal-parroċċa iżda mhux disponibbli għall-midja. Żied jgħid li r-rapport u l-kummenti li saru, intbagħtu ma’ talba li għamel il-Kappillan lill-Kurja biex il-parroċċa tingħata gwida dwar x’għandu jsir.

Fil-ġimgħat li għaddew l-istatwa ta’ San Gejtanu ttieħdet għar-restawr fejn kelliem għall-Kurja qal li nstabet ħsara fl-istatwa iżda mhux magħruf jekk din kinitx hemm qabel l-aħħar festa.

Ara d-Digriet tal-Kurja billi tagħfas fuq dan il-link: DIGRIET

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-istati membri bi skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment biex isaħħu l-kontrolli u l-iskrutinju li jagħmlu fuq l-applikanti minħabba r-riskji li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw għal skopijiet…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Aktar