Lokali
“Il-kwalità tal-arja fiż-Żejtun hija tajba” – l-Awtorità għall-Ambjent

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qed tikkontesta l-validità tal-indiċi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li fl-aħħar jiem qalet li l-livell tat-tniġġis fl-arja fiż-Żejtun huwa 20 darba aktar mil-livelli li jippermettu r-regoli Ewropej. L-uffiċjal fl-awtorità, Nadine Mercieca, sostniet li l-kwalità tal-arja fiż-Żejtun hi tajba. Żiedet tgħid li l-Awtorità se tagħmel rappreżentazzjonijiet mal-aġenzija Ewropea biex tispjega l-pożizzjoni tagħha.

Kienu sorprendenti anke għal diversi esperti tal-ambjent ir-riżultati li ħarġu mill-indiċi dwar il-kwalità tal-arja li ġie ppubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li wera li ż-Żejtun għandu livell ta’ tniggis 20 darba aktar milli jippermettu r-regoli. Peress li ħafna mit-tniġġis tal-arja huwa kkawżat mill-karozzi, l-esperti ppruvaw jifmhu kif u għaliex iż-Żejtun, li mhux traffikuż daqs lokalitajiet oħra, immarka f’dan il-livell għoli ta’ tniġġis.

Waqt li bosta kienu l-interpretazzjonijiet, TVM staqsa għal spjegazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent, li għandha erba’ stazzjonijiet biex tkejjel t-tniġġis fosthom wieħed fiż-Żejtun. Nadine Mercieca team manager responsabbli għall-kwalità tal-arja, qalet lil TVM li l-indiċi tal-Aġenzija Ewropea dwar il-kwalità tal-arja fiż-Żejtun irid jiġi intrepetat b’kawtela.

It-Team Manager fl-Awtorità għall-Abmjent, Nadine Mercieca qalet ”kellna diversi Sahara Dust Events f’Malta. X’inhu dan? Dan huwa t-trab li jiġi mill-Afrika ta’ Fuq u permezz tar-riħ u klima aktar sħuna, jiġi Malta. Fil-fatt, naraw ix-xita tal-ħamrija fuq il-karozzi tagħna. Jiġifieri li ġara min-naħa tal-EEA huwa li t-tip ta’ 24 hour average li jagħmlu fuq il-PM2.5, weħel fuq il-medja tal-PM2.5, li dak iż-żmien kien qed jaqra livelli aktar għoljin.”

Nadine Mercieca qalet b’ċertezza li l-kwalità tal-arja fiż-Żejtun hija ħafna aħjar minn dik indikata mill-indiċi tal-Aġenzija Ewropea.

”Nista’ nassigura għax għandna data oħra tal-istrument li għadu għaddej bħalissa, u nista’ nassigura li n-nies li l-livelli mhumiex għoljin kif wera l-indiċi tal-kwalità tal-arja tal-EEA” qalet Mercieca.

Hi spjegat li peress li bħalissa għaddej ittestjar fuq is-sistema ta’ moniteraġġ ta’ trab fin fl-istazzjon taż-Żejtun, dan seta’ wassal għal żball fit-trasferiment fid-data bejn l-Awtorità għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

L-uffiċjal tal-ERA qalet li mill-istazzjon tal-kejl tat-tniġġis tal-arja, li l-Awtorità għandha f’Ħ’Attard u fl-Għarb, joħroġ li l-livell tat-tniġġis huwa fil-livell aċċettabbli, waqt li mill-istazzjon tal-Imsida, il-livell tat-tniġġis imiss mal-linja li mhux suppost tinqabeż.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar