Ambjent
Il-kwalità tal-arja tajba għandha tibqa’ hekk anke meta jgħaddi kollox – l-AD

Alternattiva Demokratika qalet li l-kwalità tal-arja tajba, minħabba l-COVID-19, għandha tibqa’ tajba meta jgħaddi kollox.

Fi stqarrija, l-Alternattiva Demokratika qalet li gvernijiet differenti dejjem naqsu milli jimplimentaw politika serja dwar it-trasport b’detriment għas-saħħa tan-nies.

L-Alternattiva qalet li s-soluzzjonijiet biex jonqos it-tniġġis mill-arja huwa l-użu tar-roti fosthom elettriċi, titjib fir-rotot tat-trasport pubbliku u investiment f’metro fuq it-toroq b’karozzi tal-linja.