Il-laboratorju ta’ Sir Temi Zammit jinfetaħ għall-pubbliku waqt Notte Bianca

Wara li ggradwa fil-mediċina mill-Università ta’ Malta, Sir Temi Zammit kompla bl-istudji tiegħu f’Londra u Pariġi, fejn speċjalizza fil-batterjoloġija. Kien hawn li Sir Temi nxteħet għall-istudju tal-marda tad-‘Deni Rqiq’, li kien qed imarrad ħafna Maltin u suldati Ingliżi li kienu stazzjonati f’Malta fil-bidu tas-seklu l-iehor.

Huwa ntefa’ b’ruħu u ġismu fil-laboratorju f’kamra żgħira fuq il-bejt tal-Palazz Castellania fi Triq il-Merkanti – fejn illum hemm il-Ministeru tas-Saħħa. Tvm.com.mt żar dan il-laboratorju fejn Sir Temi fl-14 ta’ Ġunju 1905 skopra li l-mikrobu tad-deni irqiq kien qiegħed fil-ħalib tal-mogħoż morda. Sir Temi skopra li biex wieħed jilqa’ kontra l-marda, kien meħtieġ li l-ħalib jitgħalla.

Għalkemm għaddew aktar minn 100 sena, l-laboratorju ta’ Sir Temi Zammit għadu fl-istat oriġinali tiegħu b’ħajr għal dan it-tabib li għamel isem għalih bil-kontribut tiegħu għax-xjenza.

Sir Temi kien imfaħħar għal din l-iskoperta u għaliha ngħata t-titlu ta’ Sir mir-re Ġorġ V tal-Ingilterra.

Il-laboratorju ta’ Sir Temi Zammit se jkun fost l-attrazzjonijiet miftuħ għall-pubbliku waqt in-Notte Bianca li ser issir fil-Belt fit-3 ta’ Ottubru.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 67 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq l-irdum ta’ Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:45, bil-Pulizija u l-AFM marru minnufih fuq il-post…

Ambjent

Id-diskussjoni u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-pompa tal-petrol fil-Magħtab, limiti tan-Naxxar, mhux se ssir għada minħabba li llum ġiet ippreżentata kawża fil-Qorti f’dan ir-rigward. Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar intqal li…

Toroq

Qed jiġi rrappurtat li hemm traffiku kbir fl-inħawi tal-Floriana, il-Pietà, l-Imsida u Ta’ Xbiex. Jidher li l-karozzi jinsabu mwaħħlin fit-traffiku anke fil-Marsa, fi Triq Diċembru 13, Triq Aldo Moro u…

Festi

L-Erbgħa ta’ fuq l-Għid, iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor…popolari l-aktar fin-nofsinhar ta’ Malta. B’aktar minn ħames mitt sena ta’ storja, il-festa żammet uħud mit-tradizzjonijiet marbuta magħha. L-aspett reliġjuż fiż-Żejtun u…

Aktar