Il-“lanċa ġejja u oħra sejra” fl-Ingilterra

Il-kanzunetta Maltija, “lanċa ġejja u oħra sejra” din is-sena tkantat waqt il-festival tant imfittex u popolari Glastonbury.

Il-kanzunetta ndaqqet u tkantat mill-Malti Nicky Bomba’s Bustamento u kif jidher fil-filmat intlaqgħet tajjeb minn dawk preżenti għall-festival.

Glastonbury Festival huwa mifrux fuq ħamest ijiem u jsir kull sena qrib Pilton Somerset fl-Ingilterra.

Dan il-festival huwa l-akbar wieħed li jsir fid-dinja u kull sena jattendu mal-175,000 ruħ.

Din is-sena sar bejn l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju u l-Ħadd 29 ta’ Ġunju. Nicky Bomba’s Bustamento daqqew is-Sibt.