Lokali
ARA: Il-laqgħa tal-grupp parlamentari “tajba u kostruttiva” – Adrian Delia

Fi tmiem laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal lill-ġurnalisti barra id-Dar Ċentrali li l-laqgħa tal-grupp parlamentari kienet waħda kostruttiva u li fiha ġew diskussi il-pedamenti biex il-PN jibda jibni u jimxi ‘il quddiem.

Dr Delia qal li l-PN se jkun qed jagħmel tibdil radikali, iżda naqas milli jsemmi x’jinkludi dan it-tibdil, li qal se jitħabbar gradwalment fil-ġimgħat li ġejjin. Mistoqsi jekk kellux talbiet biex iwarrab, Dr Delia qal li ma kellux.

Waqt li ntlaqa’ b’ċapċip mill-miġemgħa ta’ attivisti li baqgħu hemm sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu, il-Kap Nazzjonalista qal li l-grupp parlamentari li jmexxi huwa magħqud u min jitkellem kontra wieħed mid-deputati tal-PN ikun qed jitkellem kontra tiegħu u kontra l-istess partit.

Żied li fost l-affarijiet mifthiema hemm li l-grupp parlamentari jibda jitlaqqa mill-inqas kull ġimgħatejn u biex dak diskuss fi ħdan il-grupp parlamentari ma jitperiċx.

Mistoqsi minn TVM biex jelabora dwar il-proposti li qal li kellu jressaq waqt il-laqgħa tal-grupp parlamentari, Dr Delia qal li dawn huma qafas li jistgħu jaħdmu fuqhom iżda naqas milli jgħati aktar dettalji.

Dwar ir-riżenja ta’ Pierre Portelli, Dr Delia qal li aċċettaha, waqt li qal li ma irċieva ebda ittra ta’ riżenja oħra.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar