Edukazzjoni
Il-Liċeo tal-Ħamrun daqt ikollu pont li jgħaqqad żewġ binjiet

Mill-bidu tas-sena skolastika li jmiss, l-istudenti u l-għalliema fl-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun se jkunu jistgħu jaqsmu minn binja għal oħra b’aktar kumdità u b’inqas ħela ta’ ħin.

Dan permezz ta’ proġett tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, li se jevita li l-istudenti jkollhom jinżlu fl-ewwel sular biex imorru min-naħa għall-oħra tal-iskola.

Minkejja li s-sena skolastika għadha ma ntemmitx, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bdiet ix-xogħol fuq il-bini ta’ pont li se jgħaqqad iż-żewġ binijiet tal-Iskola Sekondarja San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, magħrufa aħjar bħala il-Liċeo.

Dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ nofs miljun ewro, se jkun lest sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss.

Fil-preżent, l-istudenti u l-għalliema fl-iskola bilfors iridu jinżlu fis-sular ta’ isfel biex jaqsmu minn binja għall-oħra. Il-Kap tal-Iskola Sekondarja, Dorianne Portanier Mifsud, qalet li dan il-proġett huwa ta’ benefiċċju kbir.

“Il-fatt li nibdew is-sena bih lest ikun ifisser li l-istudenti u l-għalliema xħin jiġu biex imorru għal-lezzjonijiet, se jmorru aktar fil-ħin għax se jkun hemn inqas ħela ta’ ħin u inqas skariġġ biex wieħed jasal mil-lezzjoni għall-oħra,” qalet il-Kap tal-Iskola.

Il-Kap tal-Iskola qalet li l-ħtieġa għal dan il-pont ilha tinħass u x-xogħol fuqu miexi b’ritmu tajjeb.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar