Lokali
Il-liġi ġdida għall-protezzjoni tat-tfal

Il-liġi l-ġdida tal-protezzjoni tat-tfal li ser idaħħal diversi elementi ġodda għall-ħarsien aħjar tat-tfal vulnerabbli tinsab miftuħa għal konsultazzjoni pubblika qabel ma titressaq fil-Parlament wara l-btajjel tas-sajf. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon u l-konsulent legali Andy Ellul spjegaw uħud mill-punti ġodda tal-liġi.

Il-liġi għall-protezzjoni tat-tfal li ser tkun diskussa fil-Parlament wara l-btajjel tas-sajf ser tintroduċi bosta kunċetti ġodda biex fost oħrjan tingħata protezzjoni akbar lit-tfal u adolexxenti li jkunu jeħtieġu l-għajnuna minħabba sitwazzjonijiet diffiċili fil-familji jew fl-imġieba tagħhom.

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-leġiżlazzjoni ġdida fost oħrajn ser tpoġġi enfasi fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-professjonisti u l-qrati biex twettaq assessjar ta’ każijiet li jiddeterminaw il-futur ta’ tfal vulnerabbli.

Il-konsulent legali dwar il-liġi għall-protezzjoni tat-tfal Dr Andy Ellul qal li l-leġiżlazzjoni se tintroduċi ordnijiet ta’ protezzjoni. Qal li fil-preżent, l-uniku rimedju li jissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal abbużati jew traskurati huma l-care order jew ordni tal-qorti. Dr Ellul qal l-liġi l-ġdida se tipproponi rimedji oħrajn bħal emergency orders, ordni ta’ superviżjoni, ordni ta’ trattament u removal orders biex il-minuri jinħarġu mill-periklu.

Huwa qal li l-liġi tipproponi wkoll ċentru terapewtiku biex adoloxxenti b’imġieba anti-soċjali jingħataw terapija professjonali. Dr. Ellul qal li se jissaħħu wkoll il-proċessi ta’ adozzjoni u fostering biex jiffavorixxu lil tfal li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ambjenti aktar siguri.

Il-Konsulent Legali, Andy Ellul qal “il-loopholes kollha li kien hemm… il-kritika li qlajna mill inkjesti, il-kritika li qlajna bħala pajjiż mis-sentenzi tal-European Court of Human Rights, mis-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali, minn dawk li qalu l-istakeholers u minn dak li studjajna fuq liġijiet barranin, kollha inkorprajnihom f’din il-liġi li hija wkoll bbażata fuq l-esperjenza lokali tagħna.”

Il-Ministru Falzon qal li bl-emendi, il-vuċi tat-tfal vulnerabbli ser tingħata iktar widen. Qal li se jitwaqqfu żewġ direttorati fi ħdan l-aġenzija Appoġġ biex jittrattaw diversi realtajiet li qed iqumu anke fil-każ tat-tfal bil-poter li jiġbor provi dwar każi mingħajr il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni mill-qrati.

Il-Ministru Michael Falzon qal “nixtieq nisħaq li l-liġi qiegħda fi stadu ta’ konsultazzjoni pubblika u din se tkun konsultazzjoni ta’ vera , għamilna sistema ta’ konsultazzjoni biex wasalna fejn wasalna u se nibqgħu nemendaw l-liġi skont il-konsultazzjoni.”

Il-liġi se tkun miftuħa għall-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Lulju.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar