Lokali
“Il-liġi proposta ta’ tnaqqis ta’ 38% fl-emmissjonijiet mill-vetturi sal-2030 se taffetwa biss karozzi ġodda wara l-2020” – Miriam Dalli

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli emfasizzat li r-rapport li ħadmet fuqu u li jipproponi liġi biex ikun hemm tnaqqis ta’ 38% fl-emmissjonijiet mill-vetturi sal-2030 fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewroea ser jaffetwa biss karozzi ġodda li jiġu manifatturati u prodotti wara s-sena 2020. Dr Dalli spjegat li r-rapport, li ġie approvat mill-Parlament Ewropew, ma jaffettwax karozzi li diġà huma manifatturati.

F’diskussjoni pubblika organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Membru Paralmentari Dalli qalet li r-rapport li ġie approvat mill-Parlament Ewropew wara triq twila u pressjonijiet mill-industrija tal-karozzi, ser iwassal għal kwalità ta’ arja aħjar, ħolqien ta’ impjiegi ġodda u iżjed investiment. Qal li dan il-pass ser jikkontribwixxi biex il-konsumatari isibu mudelli ta’ karozzi b’emmissjonijiet baxxi. Il-voti finali mill-istati membri dwar ir-rapport mistennija jittieħdu fis-16 ta’ Jannar, b’votazzjoni oħra ssegwi fil-Parlament Ewropew.L

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar