Lokali
Il-liġi proposta tal-ugwaljanza kif se taffettwana fil-ħajja ta’ kuljum?

Il-liġi proposta tal-ugwaljanza kif se tolqotna fil-ħajja ta’ kuljum? Dan kien wieħed mill-punti diskussa dalgħodu waqt il-programm TVAM mal-Konsulent Legali fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Dr Desiree Attard u Dr Miriam Sciberras mil-Life Network Foundation.

Dr Attard spjegat li bħalissa l-Gvern qed jiddibbatti żewġ abbozzi ta’ liġi: wieħed tal-ugwaljanza li qed jgħaqqad il-prinċipji ta’ liġi preżenti u jżid magħhom u t-tieni wieħed huwa abbozz ta’ liġi li se jistabillixi kummissjoni ġdida li se tkun qed tieħu post l-NCPE. Min-naħa tagħha Dr Sciberras qalet li l-liġi proposta fil-verità mhux se tavvanza l-ugwaljanza fis-soċjetà u li bil-prinċipju tad-diskriminazzjoni, jistgħu jidħlu liġijiet li bħalissa mhumiex legali.

Lil hinn mit-teknika tal-abbozzi, TVAM staqsa kif din il-liġi se tolqot fost l-oħrajn lit-tobba u l-iskejjel b’mod partikolari tal-Knisja. Skola tal-Knisja tista’ timpjega ħaddiema skont il-fidi tagħhom? Tista’ tagħżel il-prinċipal tagħha skont il-fidi tiegħu? Tabib jista’ jirriffjuta li jagħmel xi trattament mediku li jmur kontra l-prinċipji tiegħu?

Tista’ ssegwi l-intervista sħiħa hawn:

TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7am sad-9am.