Lokali
Il-liġi tal-whistleblower f’Malta fost l-aktar b’saħħithom fid-dinja

Rapport mill-organizzazzjoni internazzjonali jikkonkludi li l-liġi tal-whistleblower f’Malta hija fost l-aktar robusti fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin ir-rapport jagħmel suġġeriment dwar il-ħolqien ta’ Aġenzija biex tissorvelja l-liġi tal-whistleblowers.

Skont ir-rapport tal-organizzazzjoni internazzjonali “Blueprint for Free Speech”, il-liġi tal-whistleblower f’Malta hija fost l-aktar b’saħħithom fid-dinja għax toffri immunità sħiħa lil min jikxef informazzjoni dwar illegalitajiet serji. Jgħid li l-liġi Maltija tinkludi ħafna mill-istandards Ewropej u internazzjonali li normalment jiġu applikati f’dan il-qasam.

Madanakollu l-istess organizzazzjoni tindika li l-liġi tista’ titħaddem aħjar bil-ħolqien ta’ Aġenzija li jkollha d-dover li tirċievi rapporti mingħand whistleblowers u li tissorvelja t-tħaddim tal-liġi nnifisha.

Il-liġi tal-protezzjoni tal-informatur f’Malta għaddiet fl-2013 biex toffri protezzjoni kontra proċeduri kriminali jew ċivili fil-konfront tal-persuni li joħorġu għonqhom u jikxfu l-borom f’każi ta’ illegalità serja bħal korruzzjoni.

Meqjusa mill-istess organizzazzjoni bħala t-tieni l-aħjar liġi tax-xorta tagħha fid-dinja, il-liġi ta’ Malta ngħatat punteġġ ta’ 59.3%. Il-liġi Irlandiża biss ingħatat punteġġ ogħla. U flimkien mal-liġijiet tal-whistleblower fi Franza u fir-Renju, il-liġijiet ta’ Malta u tal-Irlanda huma l-uniċi erbgħa li jaqbżu l-50%.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici stqarr li dan ir-rapport jindika ċar l-impenn ta’ Malta favur it-tħaddim tas-saltna tad-dritt. Qal li l-Gvern se janalizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport biex ikompli jsaħħaħ it-trasparenza fil-liġi tal-protezzjoni tal-infurmatur.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Għal 15-il sena sħaħ, Eileen Mercieca ilha ġġorr is-salib ta’ marda rari li tikkaġunala infjamazzjonijiet madwar ġisimha kollu u xi drabi jħalluha bla saħħa mitluqa fis-sodda għal jiem sħaħ. Dil-marda…

Lokali

Botta u risposta bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern dwar il-femiċidju bil-Partit Nazzjonalista jgħid li l-Ministru Helena Dalli għandha terfa’ r-responsabbiltà tan-nuqqasijiet fil-qasam tal-vjolenza domestika, u l-Gvern jgħid li l-Oppożizzjoni hija rresponsabbli…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà, Chris Agius stqarr li l-Gvern u s-settur privat jistgħu jaħdmu id f’id biex flimkien jipprovdu housing affordabbli. Is-sur Aguis kien qed jitkellem f’konferenza tal-Malta…

Lokali

Kompliet is-saga bejn attivisti ta’ Occupy Justice u l-awtoritajiet dwar it-twaħħil ta’ strixxuni u xemgħat b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia mal-monument tal-Assedju l-Kbir li wara l-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vittorja…

Aktar