Avjazzjoni
Il-linja nazzjonali tal-ajru tal-Awstralja se tkeċċi 6,000 ħaddiem

Il-linja nazzjonali tal-ajru tal-Awstralja, Qantas, se tnaqqas 6,000 impjieg bħala parti mill-pjani tagħha biex tirkupra mill-effetti tal-pandemija tal-Covid-19.

Dan it-tnaqqis jammonta għal madwar 20 fil-mija tal-impjiegi tal-kumpanija qabel faqqgħet il-kriżi tal-coronavirus. F’Marzu, Qantas tat il-leave lil madwar 80 fil-mija tal-impjegati tagħha.

Il-linja nazzjonali tal-ajru tal-Awstralja qalet li l-impatt fuq l-ivjaġġar bl-ajru ħalla effetti kbar fuq id-dħul tagħha.

Il-ġimgħa l-oħra, il-Gvern Awtraljan qal li x’aktarx li se jżomm il-fruntieri tal-pajjiż magħluqin sas-sena d-dieħla. Dan wassal biex il-Qantas ħassret it-titjiriet internazzjonali kollha li kellha skedati sa tmiem Ottubru, ħlief dawk għal New Zealand.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bil-każijiet attivi issa jinżlu għal 5 hekk kif fiequ 2 persuni oħra. B’kollox f’Malta u…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar