Ikel
Il-lista tal-ikel għall-festini tat-tfal fl-iskejjel tħejjiet man-nutritionists – daqshekk pastizzi u xorb biz-zokkor

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa. Fil-jiem li ġejjin, fil-parties tal-iskejjel m’għandux ikun hemm fost oħrajn pastizzi u xorb mimli zokkor.

Il-festini tal-Milied għat-tfal fl-iskejjel fil-jiem li ġejjin ser ikunu nieqsa minn diversi prodotti meqjusa li mhumiex tajbin għas-saħħa fosthom pastizzi, pizez u sausage rolls u anke xarbiet mimlija zokkor. Għalkemm id-deċiżjoni intiża biex trawwem fit-tfal għażliet ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, ma naqsux l-opinjonijiet diverġenti, saħansitra minn edukaturi, tant li l-Union tal-Għalliema sejħet il-lista tal-prodotti li jistgħu jitqassmu fil-parties bħala waħda redikola, riġida u restrittiva, u anke talbet li tkun irranġata.

Ta’ opinjoni differenti s-Supretendent u Direttur Ġenerali tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, li sostniet li l-lista tal-ikel għal parties tat-tfal tħejjiet flimkien man-nutritionists u l-għalliema tal-home economics.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet “jekk tħares lejn il-lista tista tara li hemm ħafna ikel li t-tfal se jieħdu pjaċir bih u jistgħu jikluh. B’hekk jistgħu jibqgħu jgawdu l-Milied xorta u jieħdu pjaċir fil-parties.”

Il-Professur Gauci żiedet tgħid li din l-inizjattiva trid tmur saħansitra lil hinn mill-parties tal-Milied.

Professur Charmaine Gauci qalet “aħna għandna x-xewqa li t-tfal jistgħu jkunu dawk li jistgħu jwasslu wkoll il-messaġġ lill-kbar li dak li tgħallmu fl-iskola, dawk ir-riċetti li qed jagħmlu fl-iskola, anke ċertu ikel tradizzjonali tal-Milied tista’ taddattah li jkun healthy u jistgħu jwasslu dawn ir-riċetti fid-dar u għalhekk il-familji jgħixu iktar b’saħħithom.”

L-uffiċjal edukattiv Lorraine Dimech Magrin, ukoll saħqet li l-lista tal-ikel li intgħażel saret b’konsultazzjoni mal-edukaturi. Hija spjegat li l-policy dwar l-ikel servut fl-iskejjel saret fl-2015 u bdiet tiġi implimentata din is-sena b’Avviż Legali.

Lorraine Dimech Magrin qalet “dawk li hemm dis-sena li intbagħtu fl-iskejjel huma l-istess bħas-sena l-oħra. Issa li hemm qafas legali qed nifurmaw l-iskejjel biex jiġu konformi u jkunu jafu xi nbidel.”

Is-Supretendent u Direttur Ġenerali tas-Saħħa Pubblika qalet li minkejja l-kummenti li saru anke fil-midja soċjali, kien hemm min ħadhom b’mod pożittiv u nnutat li ċerti dolċiera addattaw il-menu tagħhom b’varjetà ta’ ikel li huwa tajjeb għas-saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar