Qorti
Il-logs tat-telefonati ta’ Silvio Valletta nġabru meta ismu ssemma l-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-qtil

Kompliet l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mmexxija minn tliet Imħallfin.

L-aġent Kummissarju tal-Pulizija, Carmelo Magri qal li l-logs tat-telefonati tal-ex Deputat Kummissarju, Silvio Valletta nġabru meta ismu ssemma l-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-qtil.

Qal li l-laptops, hard drives u mobiles tas-Sur Valletta ma nġabrux għax huwa dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel Melvin Theuma fil-Qorti.

L-Avukat Therese Comodini Cachia li qed tirrappreżenta l-familja Caruana Galizia, staqsiet dwar jekk l-FBI għadhomx involuti fl-investigazzjoni ta’ qtil u talbet li fl-inkjesta jixhed il-persuna li ħejja rapport tekniku dwar il-hacking fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia.

Is-Sur Magri qal li l-FBI bhalissa mhumiex involuti. Żied jgħid li kemm ilu jmexxi l-korp, l-investigazzjonijiet kollha baqgħu għaddejjin waqt li ngħataw iżjed riżorsi biex jaħdmu.

L-aġent Kummissarju intalab jerġa’ jixhed nhar il-Ġimgħa biex jipprovdi aktar tagħrif fosthom fuq it-tip ta’ protezzjoni li Daphne Caruana Galizia kienet tingħata.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar