Barranin
ARA: Il-mument li Pulizija f’Londra qatlu raġel li attakka lin-nies b’sikkina

Pulizija fir-Renju Unit sparaw fuq raġel u qatluh, wara li dan attakka lil għadd ta’ nies b’sikkina.

Il-każ seħħ fuq il-London Bridge, viċin il-post li fih kien seħħ attakk terroristiku fl-2017. Il-Pulizija Ingliża qalet li anki l-attakk tal-lum x’aktarx huwa wieħed terroristiku.

Il-Pulizija qalet li l-aggressur, li weġġa’ numru ta’ nies bis-sikkina, kien liebes apparat ta’ splussiv finta.

Filmat li xxandar fuq il-midja soċjali juru għadd ta’ nies iżommu lill-aggressur mal-art, u meta l-Pulizija ġibdet lill-aħħar persuna minn fuq l-aggressur, il-Pulizija sparatlu diversi tiri mill-ewwel.

TWISSIJA: IL-FILMAT JINKLUDU XENI SENSITTIVI

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-pulizija Indjana qatlet erbat irġiel suspettati li stupraw u qatlu veterinarja żagħżugħa f’Hyderabad. L-irġiel kienu taħt arrest u ttieħdu fuq il-post fejn seħħ ir-reat. Huma nqatlu meta ppruvaw jisirqu l-armi…

Barranin

Fi Franza, illum mistenni jkompli l-istrajk li beda lbieraħ bi protesta kontra r-riformi tal-pensjonijiet. Aktar minn 800,000 persuna, ħafna minnhom ħaddiema, niżlu fil-toroq matul il-ġurnata tal-bieraħ biex jipprotestaw kontra dawn…

Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Aktar