Lokali
Il-London School of Commerce Malta żżid il-korsijiet wara suċċess ikbar milli mistenni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li fil-jiem li ġejjin se titnieda fażi ġdida fil-ħruġ tal-viżi, bit-tħaddim ta’ proċess li ser ikun anqas burokratiku. Huwa qal dan waqt żjara fil-kampus tal-London School of Commerce wara li sema’ lmenti dwar id-diffikultajiet li qed ikollhom studenti barranin biex jiksbu l-viżi biex jiġu jistudjaw f’Malta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li fil-jiem li ġejjin il-gvern se jintroduċi tibdil fil-proċess tal-ħruġ tal-viżi fosthom għal studenti li jkunu jridu jkomplu l-istudji tagħhom f’Malta.

Huwa qal li għall-ewwel darba Malta se jkollha aċċess għal pjattaforma teknoloġika ġdida. Hu spjega li l-idea mhix li jitneħħew jew jinbidlu r-rekwiżiti imma li l-proċess għall-ħruġ tal-viżi jkun anqas burokratiku.

“Aħna m’għandniex ambaxxata f’kull pajjiż tad-dinja, anke jekk ikollok f’kull pajjiż tad-dinja l-pajjiżi jkunu enormi, allura jrid ikollna aċċess għal network li diġà jeżisti ta’ uffiċċji u anke pjattaforma teknoloġika li persuna m’għandux għalfejn jivvjaġġa sitt sigħat biex tapplika għal viża, tista’ tapplika online ikollok l-interfaces li diġà jeżistu, teknoloġiji li huma approvati u li huma użati minn pajjiżi oħra ħalli tagħmilha aktar faċli,” qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru qal li dan għandu jwieġeb għad-diffikultajiet li tqanqlu miċ-Chairman tal-kumitat konsultattiv tal-London School of Commerce, Lord John Tomlinson, li ilmenta kif fost ohrajn li student mill-Vjetnam li ried jigi jistudja f’Malta kellu jmur iċ-Ċina biex iġib il-viża.

Dr Muscat kien qed iżur il-campus tal-London School of Commerce fil-Floriana fejn bħalissa qed jitħarrġu mal-450 student minn 60 pajjiż differenti. Dal-kulleġġ twaqqaf f’Malta tliet snin ilu u joffri korsijiet fil-Business, il-Management u t-Teknoloġija tal-Informatika li jwasslu għal kwalifiċi Brittaniċi rikonoxxuti internazzjonalment.

Lord Tomlinson qal li l-campus ta’ Malta kellu aktar suċċess minn dak mistenni b’aktar minn elf student li gradwaw. Qal li fix-xhur li ġejjin il-London School of Commerce Malta se tinvesti fi pjattaformi tekonoloġiċi għal programmi ta’ studji u kwalifiċi fil-qasam tar-riċerka.

Il-Prim Ministru ddeskriva l-London School of Commerce bħala eżempju tal-viżjoni tal-Gvern li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar