Knisja Maltija
Il-Madonna ta’ Pinu – 400 sena ta’ storja u devozzjoni f’ġimgħa ta’ attivitajiet

Il-Bażilika, santwarju nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu qed tfakkar l-400 anniversarju ta’ meta f’din iż-żona fl-Għarb bdew isiru l-ewwel attivitajiet reliġjużi. Il-programm ta’ attivitajiet kompla b’pellegrinaġġ u quddiesa konċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna fis-santwarju fejn hemm meqjum il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu. Dan l-annviersarju jimmarka l‑400 sena tal‑kwadru tal‑Madonna Ta’ Pinu u l‑136 sena mis‑sejħa tal‑Madonna lil Karmni Grima u Franġisk Portelli.

400 sena ta’ storja, devozzjoni u talb miġbura f’ġimgħa ta’ attivitajiet li qed ifakkru l-ewwel attivitajiet reliġjużi li saru fiż-żona ta’ Pinu fl-Għarb, Ghawdex. It-tifsira tad-devozzjoni tal-poplu Malti għal dan il-maqdes Marjan bdiet tieħu sura iktar soda fl-1883 meta Karmni Grima semgħet lill-Madonna tkellimha. Maż-żmien id-devoti bdew jersqu jitolbu għall-mirakli bl-interċessjoni tal-Madonna Imtella’ s-Sema.

Ix-xogħol fuq is-santwarju preżenti beda fl-1922 u ħie konsagrat għaxar snin wara.

L-anniversarju tfakkar f’pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu mmexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna li kkonċelebra quddiesa fis-santwarju akkumpanjat fost oħrajn mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

“Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu għal dawn l-aħħar 400 sena jestidinna biex nersqu lejn binha Ġesu u biex bħalha jkollna l-frott tal-qawmien mill-imwiet li l-Mulej wiegħed għal uliedu li jgħixu ħajja tajba.”

Ix-xbiha tal-Madonna ta’ Pinu wara l-artal maġġur, għadha fil-kappella oriġinali, li kienet qabel ma nbena s-santwarju. Ġiet inkurunata fl-1935. Fl-1990, il-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tieni żejjinha bl-istilel filwaqt li Benedittu Sittax żidilha l-warda dehbija fi żjara oħra Papali f’Malta fl-2010.

L-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech qal “meta nedejt is-sena Marjana xtaqt li ħafna jsiru jafu li f’dan is-santwarju hawn l-isptar tal-ispirtu, fejn Kristu huwa t-tabib imma għandu l-aqwa infermiera – ommu l-Madonna.”

U ta’ Pinu? Għaliex? Kien Pinu Gauci prokuratur tal-knisja li fl-1598 u fis-snin ta’ wara offra anke flus minn butu għar-restawr tal-kappella oriġinali. Kien bis-saħħa t’hekk li nbena altar u bdew is-servizzi liturġiċi. Pinu Gauci kien ukoll ikkummissjona l-pittura tal-Madonna li maż-żmien rabtet isimha miegħu – il-Madonna ta’ Pinu.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar