Lokali
Il-mafja Taljana fi Sqallija allegatament użat banek f’Malta biex tiffroda lill-Unjoni Ewropea

Il-mafja Taljana fi Sqallija allegatament użat banek f’Malta biex tiffroda €10 miljun f’fondi li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-bdiewa.

Dan ħareġ mir-rapportaġġ fil-midja Taljana u ġie kkonfemat minn kelliem għall-Ministeru għall-Affarjiet Barranin. Il-Pulizija f’Messina arrestat 94 persuni b’rabta ma’ dan il-każ.

Allegatament il-frodisti kienu qed jiddikjaraw biċċiet kbar ta’ art li huma propjetà ta’ kunsilli reġjonali u lokali, u għalihom, kienu qed jieħdu fondi Ewropej. Allegatament, dawn il-flus kienu jgħaddu minn għadd ta’ banek fi proċess ta’ ħasil ta’ flus.

Flimkien ma’ Malta, kien hemm banek fil-Litwanja u l-Bulgarija u pajjiżi oħra.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar