COVID-19
Il-maġġoranza jobdu, iżda jkollha tintuża l-liġi fejn ikun hemm bżonn

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li n-numru ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 f’Malta huwa baxx għaliex għaddejja ħidma tajba minn kulħadd.

Qalet li meta jkun hemm aħbar tajba, jkun hemm min jaħseb li għadda kollox iżda l-maġġoranza tal-Maltin qed isegwu l-miżuri li rrakkomandaw l-awtoritajiet tas-saħħa.

Kompliet tgħid li hija sfortuna meta jkun hemm nies li jispiċċaw jeħlu l-multi. Hija kienet qed twieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-ammont ta’ multi rekord li weħlu persuni li lbieraħ kienu fi gruppi ta’ aktar minn tlieta.

Sostniet li mhux gost u pjaċir tal-awtoritajiet li jwaħħlu l-multi iżda l-pajjiż ma jaffordjax sitwazzjoni fejn persuni jpoġġu f’riskju persuni oħra u għalhekk tintuża l-liġi fejn ikun hemm bżonn.

Qalet li l-pajjiż għandu riżultati tajbin għaliex hemm il-kontroll u anki meta jibdew jidħlu fis-seħħ il-laxkar ta’ ċerti miżuri, huwa mportanti li l-pubbliku jibqa’ jsegwi l-istruzzjonijiet li jingħataw mill-awtoritajiet.

Temmet tgħid li wara l-ħidma kollha li saret biex is-sitwazzjoni tkun ikkontrollata, ħadd ma jixtieq li għax jerġgħu jibdew jiżdiedu ċ-ċifri, il-pajjiż ikollu jerġa’ jmur lura għal miżuri stretti.

Ara wkoll:

121 persuna mmultati llum għax ma rrispettawx id-distanza soċjali

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar