COVID-19
“Il-maġġoranza tal-immigranti fehmu l-messaġġ” – L-AWAS dwar il-kwarantina f’Ħal Far

Il-maġġoranza tal-immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far qed jifhmu l-messaġġ u qed jikkoperaw. Dan qalu Mauro Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-għaqda mhux governattiva li taħdem mal-immigranti.

Is-Sur Farrugia kien qed jitkellem fl-isfond tad-kwarantina obbligatorja imposta lbieraħ fuq l-immigranti kollha fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Qal li l-AWAS użat interpreti u nies li jgawdu l-fiduċja tal-immigranti biex il-messaġġ jasal ċar.

Qal li ħaddiema tal-AWAS qed ikunu disponibbli fiċ-ċentru 24 siegħa kuljum għal dak li jista’ jinqala’.

Iċċara li m’hemmx immigranti bil-Covid-19 li qed jinżammu fiċ-ċentru ta’ Ħal Far, iżda hemm biss dawk li setgħu kienu esposti għall-virus, u qed jinżammu fi kwarantina.

Illejla, b’konsistenza ma’ dak li kien osservat fl-aħħar sigħat, madwar iċ-ċentru kien hemm preżenza qawwija ta’ pulizija u suldati.

Ara wkoll:

Immigranti li jidhru barra f’Ħal Far ma jgħixux fiċ-ċentru miftuħ – atmosfera kalma fuq ġewwa

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Id-Deputat Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Kap tad-Dipartiment għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, Leslie Vella qal li l-iskop ewlieni tal-ftehim mal-kumpanija tal-ajru privata Vistajet kien li jirreklamaw lil Malta bħala ċentru ġdid…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-proċess ġudizzjarju għadu għaddej, u dwar il-pożizzjoni ta’ Chris Cardona fil-partit indika li se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn iktar ‘il quddiem….

COVID-19

Għalkemm mhumiex permessi attivitajiet tal-massa, jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 75 persuna f’post wieħed sakemm hemm spazju għal persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri f’uffiċini, teatri u mużewijiet. Waqt…

Aktar