Politika
AĠĠORNAT: Il-maġġoranza tal-kunsilliera tal-PN jivvutaw għal elezzjoni għall-Kap

Il-Partit Nazzjonalista se jmur għal elezzjoni ta’ kap wara li b’839 vot, il-kunsilliera Nazzjonalisti vvutaw biex ma jikkonfermawx lil Adrian Delia bħala kap. 659 ivvutaw favurih. Dan qed jitqies bħala vot ta’ sfiduċja ieħor f’Dr Delia wara li iktar kmieni dan ix-xahar ġie sfiduċjat mill-grupp parlamentari u mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Il-votazzjoni waqt il-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista ntemmet għall-ħabta tas-6 p.m. u matulha, 1,630 kunsillier kienu msejħin jivvutaw jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-Konvenzjoni Ġenerali għandhomx jikkonfermaw lil Dr Delia bħala kap jew jeleġġu kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, u għalhekk imorru għal votazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara li tħabbar ir-riżultat, Dr Delia ddikjara li se jkun wieħed mill-kandidati għall-kap. Wiegħed li jekk ma jibqax Kap tal-Partit, lest li jkompli jaħdem mal-Kap il-ġdid u jibqa’ membru parlamentari. Qal li għandu fiduċja fit-tesserati u l-għażla finali għandha tkun tagħhom.

“Se nidħol għal din it-tiġrija b’determinazzjoni u kuraġġ kbir. Għandi fiduċja fit-tesserati tagħna għax l-għażla illi oriġinarjament ġiet ikkontemplata li l-kapijiet u l-viċi kapijiet tagħna jintgħażlu mit-tesserati, u allura l-iktar firxa wiesgħa ta’ nies li jirrispekkjaw l-elettorat, tfisser li nemmu f’demokrazija vera,” qal Dr Delia.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara dik ta’ Dr Delia, id-Deputat Chris Said f’isem il-maġġoranza tal-grupp parlamentari qal li b’dan ir-riżultat, rebaħ kull min għandu għal qalbu l-Partit Nazzjonalista. Dr Said appella biex għal darb’oħra Dr Delia ma jinjorax il-messaġġ tal-Kunsill Ġenerali. Dr Said qal li l-Kap preżenti ma rnexxilux iġib l-għaqda.

“Dan kien ukoll il-mod diviżiv li rajna fl-aħħar xhur u snin illi finalment wassal biex tittieħed din l-azzjoni. Ma kienx pjaċir tagħna li l-membri parlamentari nieħdu din l-azzjoni illi ħadna, illi bdiet din il-mewġa fil-PN, nibtet din it-tama u ħeġġet dan l-entużjażmu però ħadnieh għax proprju waħda mir-raġunijiet kienet għax bil-mod kif kien jitkellem u jaġixxi, il-Kap kien qed iġib diviżjoni,” qal Dr Said.

Il-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali bdiet l-Erbgħa, kompliet il-Ġimgħa u ntemmet is-Sibt. B’kolllox ivvutaw kważi 92% tal-kunsilliera Nazzjonalisti.

Aktar kmieni:

B’839 vot il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista ivvutaw biex issir elezzjoni għall-Kap tal-PN. Kienu 659 il-kunsilliera li ivvutaw biex jikkonfermaw lil Adrian Delia bħala Kap.

Dan qed jitqies bħala vot ta’ sfiduċja ieħor f’Adrian Delia, wara li iktar kmieni dan ix-xahar ġie sfiduċjat mill-grupp parlamentari u mill-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Il-votazzjoni waqt il-kunsill ġenerali straordinarju tal-Partit Nazzjonalista ntemmet għall-habta tas-6 p.m. u matulha l-1,630 kunsillier kienu msejħin li jivvutaw billi jagħżlu jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-konvenzjoni ġenerali għandhomx jikkonfermaw lill-Kap Adrian Delia jew jeleġġu Kap tal-Partit Nazzjonalista ġdid, u għalhekk imorru għal votazzjoni.

Il-votazzjoni bdiet nhar l-Erbgħa, kompliet il-Ġimgħa u matul il-ġurnata tas-Sibt kemm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà kif ukoll f’Ta’ Sannat Għawdex.

B’kollox ivvutaw kważi  92% tal-kunsilliera.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar