Qorti
Il-Maġistrat Joe Mifsud jgħid li s-sezzjoni forensika f’Monte Carmeli ma tistax tintuża bħala ħabs

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet li l-Forensic Unit f’Monte Carmeli ma tistax tintuża bħala ħabs, hekk kif din is-sezzjoni, li fil-liġi ssir referenza għaliha bħala Ward 10, ilha li ngħalqet mill-1998.

Il-Maġistrat Mifsud qal dan meta rrifjuta t-talba tad-difiża biex Renald Baldacchino, li ġie arrestat waqt rejd għad-droga f’Ħal Qormi, jitpoġġa fis-sezzjoni forensika ta’ Monte Carmeli.

Waqt li rreferiet għal-leġislazzjoni sussidjarja dwar postijiet iddikjarati bħala ħabs, il-Qorti qalet li l-liġi attwali ma tagħmel l-ebda referenza għal ‘Forensic Unit’, u li meta fl-aħħar għoxrin sena l-Qrati kienu jirrakkomandaw li persuni jitpoġġew f’din is-sezzjoni, kienu qed jagħmlu dan b’mod żbaljat.

Il-Qorti għalhekk ordnat biex dwar din is-sitwazzjoni tinġibed l-attenzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Qorti, tal-Avukat Ġenerali, tal-Ministru għall-Intern u tal-Ministru għall-Ġustizzja.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Il-qraba ta’ Connie Mifsud qed jappellaw għall-għajnuna biex tinstab, wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja,…

Festi

Il-grupp immexxi minn Wistin Vella offra s-somma rekord ta’ €17,000 biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija waqt il-festa tal-qaddisa, fl-Imġarr. L-offerta saret dalgħodu fil-pjazza tal-lokalità, b’Wistin Vella u t-tim tiegħu…

Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Aktar