Lokali
Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia tirrikuża ruħha milli tisma’ l-kumpilazzjoni tal-provi kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius, Jamie Vella u George Degiorgio

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia irrikużat ruħha milli tisma’ l-kumpilazzjoni tal-provi kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius, Jamie Vella u George Degiorgio minħabba li hi kienet qed twettaq l-inkjesti b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop.

Għaldaqstant, il-Qorti mistennija taħtar Maġistrat ieħor biex ma jippreġudikax id-drittijiet fundamentali tal-akkużati li tressqu l-Qorti jumejn ilu mixlija bil-qtil tal-Avukat Chircop u ta’ Daphne Caruana Galizia.