Lokali
Il-majjal Malti jinsab f’riskju ta’ estinzjoni?

Skont Oliver Frendo, mill-Kooperativa tal-Majjali f’Malta, is-sitwazzjoni preżenti tal-majjali f’Malta mhix daqshekk tajjeb.

Waqt il-programm TVAM Oliver qal li s-settur lokali tal-majjali tilef aktar minn 10% tal-bejgħ.

Spjega li filwaqt li fl-2003 u fl-2004 kienu jinqatlu mal-2,200 -2,400 ħanżir fil-ġimgħa, is-sena li għaddiet inqatlu 850 ħanżir fil-ġimgħa. Qal li llum il-ġurnata l-prodott tal-lokali tal-majjali jammonta biss għal terz li wieħed isib fis-suq lokali.

Saħaq li l-laħam frisk li joffri l-prodott lokali ma jistax jiġi offrut mil-laħam ta’ barra li jiġi importat. Huwa qal li f’Malta hawn biss mal-100 razzett tal-majjali u stqarr li kull ħanżir li joħroġ mill-biċċerija jkunu sarulu t-testijiet. Sostna li peress li s-settur lokali hu żgħir jista’ jiġi kkontrollat ħafna aktar minn dak ta’ barra. Fil-fatt, Oliver Frendo qal li f’Malta jsiru spezzjonijiet kull sena fl-irziezet iżda peress li barra minn Malta hemm ħafna aktar irziezet fil-pajjiżi ma jkunu jistgħu jsiru spezzjonijiet kull sena.

Oliver Frendo appella biex ix-xerrej Malti jagħżel il-prodott Malti meta jkun qed jixtri l-majjal u l-laħam.

Ara l-intervista sħiħa li saret fuq TVAM f’TVMi.  TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7am.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar