COVID-19
Il-Malta Enterprise bdiet tirċievi l-applikazzjonijiet tan-negozji biex il-Gvern iħallas il-pagi tal-ħaddiema

Il-Malta Enterprise bdiet tirċievi l-applikazzjonijiet mis-sidien tan-negozji biex il-Gvern iħallas sa tmien mitt ewro fix-xahar tal-pagi tal-ħaddiema tagħhom bil-għan li ma jintilfux l-impjiegi minħabba l-pandemija tal-covid19.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia qal fi ftit siegħat il-Malta Enterprise diġà rċeviet ‘l fuq minn elf u mitejn applikazzjoni minn negozji biex jintużaw fondi mill-pakkett finanzjarju ta’ għajnuniet li tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Malta Enterprise permezz ta’ website apposta bdiet tirċievi u tiproċessa l-applikazzjonijiete tan-negozji biex jużaw fondi għal pagi tal-ħaddiema full time jew part time mill-pakkett finanzjarju tal-Gvern biex ikunu megħjuna n-negozji f’diversi setturi tal-ekonomija li n-negozju tagħhom intlaqat ħażin tant li uħud jinsabu magħluqa. Huwa stmat li l-Gvern se jkun qed jalloka mas-sebgħin miljun ewro fix-xahar f’għajnuniet għal pagi fl-intrapriżi privati.

Is-Sur Farrugia qal li fl-ewwel ftit siegħat rċievew mal-1,235 applikazzjoni minn negozji. Spjega wkoll li minn 1,101 applikazzjoni, il-Gvern se jkun qed ikopri l-paga sħiħa ta’ 800 ewro fix-xahar għal 2,349 ħaddiem full time, u sa erba’ mit ewro għall-pagi tal-ħaddiema part time.

“Dawn l-iskemi jolqtu negozji li waqfu jaħmdu minħabba li twaqqfu milli jkompli jaħdmu, jew dawk li direttament impattati mill-fatt li n-negozju li jagħtu servizz lilu kellhom jieqfu.”

Is-Sur Farrugia qal li l-Malta Enterprise qed tgħin intraprizi li kellhom inaqqsu l-operat taghhom.

“In-negozji kollha jistgħu jibbenefikaw mill-iskemi li ħabbar il-Gvern, b’eċċezzjoni għal dawk li b’mod jew ieħor li baqgħu għaddejjin bl-attivita’ tagħom.”

Is-Sur Farrugia qal li daħlu mal-480 applikazzjoni biex negozji jkunu koperti għall-leave tal-kwarantina tal-ħaddiema tagħhom li ser jingħataw 350 ewro għal kull ħaddiem. Qal li n-negozji jistgħu japplikaw ukoll għal posponiment tal-ħlasijiet dovuti tat-taxxi lil gvern għal perjodu ta’ Marzu u April.

Is-Sur Farrugia qal li l-informazzjoni kollha fuq l-iskemi ta’ għajnuna għan-negozji u l-ħaddiema tagħhom, tinsab fuq is-sit uffiċjali tal-Malta Entreprise.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar