Mużika
Il-Malta Music Awards lura wara nuqqas ta’ 5 snin

Il-Malta Music Awards wara ħames snin wieqaf se jerġa’ jkun il-pjattaforma li tagħti viżibilità akbar lill-artisti Maltin li matul is-sena l-oħra ħadmu biex joħorġu diska jew album oriġinali.

Iċ-Chairman tal-Malta Music Awards Noel Magri qal li din id-darba l-ispettaklu se jkun ferm akbar.

“L-għan prinċipali huwa li ngħinu lill-artisti u ngħinuhom jgħollu l-livell fix-xena internazzjonali u jiksbu suċċess. L-event ilu 5 snin ma jsir pero issa se nagħmlu show kbir għax se niċċelebraw il-25 sena mill-ewwel event fl-1995 u se nagħtu spettaklu u rikonoxximent lill-artisti lokali.”

Il-PBS permezz tal-istazzjon Magic Malta huwa kollaboratur ewlieni fl-organizzazzjoni tal-Malta Music Awards. Carlo Borg Bonaci qal li qed jiżdiedu l-artisti Maltin li qed jippreferu l-lingwa Maltija.

“Aħna matul is-sena nirċievu mill-kantanti biex jiġu kunsidrati għall-playlist tagħna, allura diġà ikollna rekord. Biex tieħu sehem fil-MMA il-kriterja prinċipali hi li jrid ikollok diska jew album li ħareġ is-sena li għaddiet. Minn dak il-materjal se nistabilixxu liema huma l-awards li se jiġu preżentati għal din is-sena. Għandna 15-il kategorija differenti għall-ewwel darba diska kantata bil-Malti u l-aqwa album bil-Malti wkoll.”

Il-Malta Music Awards ħoloq kategoriji għall-diversi ġeneri ta’ mużika. L-awards jingħataw minn ġuriji differenti li jkunu esperti f’oqsma differenti u l-pubbliku se jingħata l-opportunità li jivvota permezz ta’ Magic Malta.

L-organizzaturi tal-Malta Music Awards niedew ukoll kampanja biex aktar nies jitħajru jinkitbu bħala donaturi tal-organi. Il-Malta Music Awards se jittella’ fis-7 ta’ Marzu fl-MFCC f’Ta’ Qali.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar