COVID-19
Iċ-Ċiniżi b’għotja ta’ 20,000 maskra lill-Maltin

Il-Malta Trust Foundation se tkun qed tqassam donazzjoni ta’ 20,000 maskra lill-Gvern, lit-tobba, u lil għaqdiet oħra mhux governattivi biex tnaqqas l-imxija tal-Coronavirus f’Malta.

Il-fondazzjoni, immexxija mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, ġabet dawn il-maskri miċ-Ċina. 15,000 minn dawn il-maskri se jitqassmu lill-Prim Ministru Robert Abela, u 5,000 oħra se jitqassmu lit-tobba li qed jagħmlu visti tal-pazjenti mingħajr m’għandhom l-apparat meħtieġ. Se jitqassmu wkoll lil għaqdiet mhux governattivi, li għadhom ikollhom kuntatt man-nies, bħall-Foodbank Lifeline Foundation, u l-Fondazzjoni Nazareth.

Il-maskli kapaċi jżommu ‘l barra 94% tal-qtar milli jidħol fil-ħalq jew fl-imnieħer.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Filwaqt li l-vari u l-purċissjonijiet ser jibqgħu ġewwa minħabba restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet pubbliċi biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19, diversi Kunsilli Lokali, Parroċċi, għaqdiet u individwi xorta waħda fittxew modi kif ifakkru…

Ippjanar u bini

Grupp ta’ residenti ta’ Pembroke, bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke, San Ġiljan u Swieqi u ta’ għaxar għaqdiet, tennew l-oppożizzjoni tagħhom għall-proġett tal-Grupp DB flok l-Istitut tal-Istudji turistiċi, u ħeġġew…

Lokali

Il-proġett Blossom se jkun qed jitrasferixxi s-servizzi tal-counselling online sabiex jassigura li l-istudenti vulnerabbli jingħataw l-għajnuna kollha li għandhom bżonn waqt li qed jiffaċċjaw id-diffikultajiet tal-ħajja fl-isfond tal-pandemija tal-coronavirus li fost…

Aktar