Lokali
Il-Malta World Music Festival illum f’Sant’Iermu

Il-Ġimgħa filgħaxija jitla’ s-siparju fuq it-tieni edizzjoni tal-Malta World Music Festival fil-Forti Sant’Iermu l-Belt.

Sitt bands b’47 mużiċist minn 14-il pajjiż se jżewqu t-tieni edizzjoni tal-Malta World Music Festival fil-Forti Sant’Iermu. Fosthom il-bands Africancelt, magħmula minn mużiċisti mill-Irlanda, l-Ingilterra u r-Renju Unit, il-band Refugees for Refugees magħmula minn refuġjati minn pajjiżi differenti li ltaqgħu fil-Belġju u għaqdu l-band u l-band Maltija Cushion bi stil ta’ mużika pop mħallta ma’ mużika Indjana.

Għad-direttur artistiku tal-festival Renzo Spiteri, dal-Festival huwa uniku fil-kalendarju Malti li joffri pjattaforma għall-ġeneru ta’ World Music. Huwa qal li dan huwa wkoll ċelebrazzjoni ta’ kulturi u ta’ stili differenti li jiġu flimkien biex joħolqu lingwaġġ komuni: il-mużika.

Id-Direttur Artistiku, Renzo Spiteri qal ”nies li jesperimentaw b’lingwaġġ mużikali ġdid, li jsibu elementi komuni, biex mużiċisti mill-Afghanistan u minn Franza jiġu flimkien u joħolqu xi ħaġa ġdida b’dak li huwa l-background mużikali tagħhom.”

Il-festival multi etniku mhux se jkun limitat għall-mużika imma wkoll għal ikel differenti imħejji mill-Assoċjazzjoni tan-Nisa Migranti.

 

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

“In-nannu dejjem kien jgħidli li l-baħar tad-Dwejra hu l-isbaħ baħar li hawn fil-Mediterran u llum dan nista’ nikkonfermah” Annie Formosa hi l-kuratriċi ta’ ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-baħar li…

Lokali

Il-ġmiel ta’ pitturi li jiksu l-ħitan tal-kappella privata f’Palazzo De La Salle, li jinsab fil-parti t’isfel ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt, jistgħu jerġgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku hekk kif tlesta r-restawr tagħhom….

Għawdex

Waqa’ fil-muta l-arloġġ taċ-Ċittadella f’Għawdex. Il-mekkaniżmu tal-arloġġ li għandu kważi mitejn u ħamsin sena żżarma minn postu u qed jiġi restawrat għand kumpanija ta’ arluġġara f’Għawdex stess. Il-mekkaniżmu mistenni jitreġġa’…

Aktar