Kumpaniji
Il-Maltapost bi profitt qabel it-taxxa ta’ €2.6 miljun

Il-Maltapost ħabbret li għamlet profitt qabel it-taxxa ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun fis-sena finanzjarja li għalqet fl-aħħar ta’ Settembru.

Il-kumpanija qalet li kellha dħul akbar li laħaq iktar minn €40 miljun mis-servizzi internazzjonali li jinkludu t-tqassim tal-pakki postali dovut prinċipalment għax-xiri ta’ prodotti bl-internet.

Il-kumpanija qalet li l-livell tal-profitti tagħha għadhom affettwati ħażin bit-tariffi postali u qed taħdem mar-regolatur tal-komunikazzjoni biex ikun hemm reviżjoni fit-tariffi li f’Malta għadhom l-orħos fl-Unjoni Ewropea.

Il-bord tad-diretturi qed jirrakomanda tqassim ta’ dividend nett lill-azzjonisti ta’ erba’ ċenteżmi għal kull sehem.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar