Lokali
Il-Maltapost twissi dwar iktar messaġġi qarrieqa li jitolbu l-flus

Il-Maltapost qed twissi dwar SMSs qarrieqa li qed jallegaw li huma mingħand il-Maltapost, u li jitolbu l-flus sabiex il-pakkett tagħhom ikun jista’ jitwassal.

Il-ħolqa fl-SMS tieħu lill-utent f’sit elettroniku falz li juża l-logo tal-Maltapost, fejn l-utent jintalab idaħħal id-dettalji bankarji tiegħu.

Il-Maltapost iċċarat li dawn il-messaġġi mhux mibgħuta minnha, u kull min jirċevihom m’għandux jidħol fil-ħoloq pprovduti, u għandu jħassar il-messaġġ.

F’April li għadda il-Maltapost ukoll għamlet twissijiet dwar messaġġi qarrieqa oħra li kienu qed jirċievu bosta persuni.

Ara wkoll:

Attent jekk tirċievi messaġġ bħal dan taparsi mill-Maltapost