Passatemp
Il-Maltco tgħid li l-Maltin ftit jilagħbuhom – kemm kemm jittantaw xortihom

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni hija li dan żied il-logħob, it-tmexxija tal-Maltco tgħid xorti oħra.

Mindu l-lottu ġie privatizzat 14-il sena ilu, il-kumpanija Maltco żiedet bosta okkażjonijiet ta’ logħob għal-lagħba Maltin, bl-aħħar logħba msejħa superstar ser tibda tintlagħab fi ftit jiem oħra. Madankollu, il-Kap Eżekuttiv Vasileios Kasiotakis qal li ż-żieda ta’ diversi lotteriji mill-Maltco żiedet il-ġugaturi iżda skont is-sur Kasiotakis, l-ammont ta’ flus milgħuba ma żdiedtx daqstant għaliex qal li l-Maltin jilgħabu ftit, kemm kemm jittantaw xortihom.

Mistoqsi minn TVM jekk il-kumpanija kinetx affetwata minn operaturi kompetituri bil-ftuħ ta’ bosta ħwienet tal-logħob fl-irħula u l-ibliet, Kasiotakis qal li dan mhux il-każ ghax sostna li n-natura tal-logħob li joffru dawn l-operaturi hi differenti minn dik li toffri Maltco Lotteries.

Qal li l-ħaddiema fil-banek tal-lottu huma mħarrġa biex jagħrfu lin-nies li jistgħu jkunu mirkuba mill-vizzju tal-logħob, minbarra li f’kull ħanut hemm informazzjoni għal min iħoss li għandu problema biex ifittex l-għajnuna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Maltco Lotteries, Vasileios Kasiotakis qal “leaflets and questionnaires that give them the opportunity to check themselves if they are spending more time or more money than is needed. Also inside all our point of sales, Maltco point of sales, what we see, are the number of Caritas, as well as Responsible Gaming Foundation number, where they can ask for specific help.”

Saħaq li l-kumpanija Maltco hija ċertifikata mill-World Lotteries Association u mil-lotteriji Ewropej għall-proċeduri kollha li ssegwi biex tassigura li l-pubbliku huwa protett.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar