Lokali
Il-maltemp iġorr ammont kbir ta’ ħamrija fi triq fil-Mellieħa

Il-pubbliku huwa mitlub biex jevita milli jgħaddi minn Triq il-Mitħna l-Ġdida (fejn il-Mellieħa Post Office), il-Mellieħa.

Fuq il-mezzi soċjali, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qal li hemm periklu minħabba li ammont ta’ ħamrija niżel fit-triq kawża tax-xita qawwija.

Spjega li ġew infurmati l-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu azzjoni meħtieġa.