Lokali
Il-maltemp iwaqqaf lill-Port il-Ħieles – lejl impenjattiv għall-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili

Lil hinn mill-ħsarat li ħalla l-maltemp, illum jidher li se jikkontrolla l-ġurnata hu.

Kawża tal-maltemp il-Port Ħieles mhux se jopera.  Kelliem għall-Port Ħieles qal ma’ TVM li lbieraħ fit-8pm waqaf jopera u mhux se jaħdem matul il-ġurnata.

Madankollu jidher li l-maltemp ma affettwax it-titjiriet tal-Air Malta għajr waħda lejn Katanja.

Intant dal-lejl kien wieħed impenjattiv għall-Pulizija kif ukoll għall-Protezzjoni Ċivili. Minkejja, li b’xorti tajba ma kienx hemm rapporti ta’ nies li ndarbu, kien hemm diversi siġar li waqgħu u għalqu t-toroq, fosthom f’Ħaż-Żabbar, ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u s-Saqqajja.

Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal li l-pumpiera kollha llum qattgħu l-lejl barra minn każ għall-ieħor u anke llum tidher li se tkun ġurnata impenjattiva għalihom.

Ara wkoll:

RITATTI: Siġar imqaċċta, karozzi u tined tal-Karnival imkissra fost il-ħsarat kawża tal-maltemp

Kif se jaħdem il-vapur t’Għawdex matul il-ġurnata?