Lokali
Il-maltemp iżomm il-katamaran sorġut

Il-baħar rasu iebsa u żaqqu ratba u minħabba l-maltemp u l-baħar imqalleb il-Katamaran mhux se jaħdem illum u għada.

Id-Direttur Maniġerjali tal-Virtu Ferries ikkonferma ma’ TVM li tħassru l-vjaġġi kollha bejn illum u għada tal-Katamaran.

Spjega li l-kumpanija se tagħmel numru ta’ vjaġġi żejda nhar it-Tlieta biex tlaħħaq mal-vjaġġi li ntilfu kawża tal-maltemp.

Huwa qal li r-riħ mistenni jbatti aktar tard matul il-jum iżda l-mewġ se jibqa’ b’saħħtu sa għada.