Turiżmu
Il-Malti l-iktar poplu Ewropew li jivvjaġġa bl-ajru u l-baħar

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li 63 tal-vjaġġi tal-Maltin saru bl-ajru, kienu biss 49 fil-mija tal-Ċiprijotti u 43 fil-mija tal-Irlandiżi li vjaġġaw bl-ajru.

Il-Eurostat sab li anke l-Maltin huma l-ogħla bħala l-vjaġġaturi tal-baħar, b’37 fil-mija tal-Maltin użaw it-trasport tal-baħar. Kien biss 17 fil-mija tal-Griegi li għamlu vjaġġi bil-baħar, minkejja li l-pajjiżi huma miżgħuda bil-gżejjer.

Iċ-ċifri tal-Eurostat iżda juru li t-turiżmu intern f’Malta mhux daqstant qawwi, għax jirrappreżenta 68 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin, filwaqt li huwa 94 fil-mija fir-Rumanija, 91 fil-mija fi Spanja u 89 fil-mija fil-Portugall.

Miċ-ċifri joħroġ li fl-2017, il-Maltin għamlu ftit aktar minn tmien mitt elf vjaġġ. Ftit aktar minn 32 fil-mija kienu vjaġġi interni filwaqt li kważi 68 fil-mija kienu lejn pajjiżi oħra.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn għada u t-Tlieta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jkun f’Malta fuq żjara uffiċjali. Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George…

TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Aktar