Immigrazzjoni
Il-Malti razzist?

Minn ġenerazzjoni għall-oħra, l-intimidazzjoni razzjali bħal donnha baqgħet magħna. Fil-fatt, sal-ġurnata tal-lum, mhux l-ewwel darba li tisma’ xi immigrant jew kwalunkwe barrani ieħor joħodha qatta’ bla ħabel kontra dawk l-individwi Maltin li jħossu li qed jiġi intimidat minnhom.

Madanakollu, mhux kull min m’għandux grazzja mal-barranin huwa razzist.

Skont id-direttur tal-Fondazzjoni għall-Kenn u Sapport lill-Immigranti, Ahmed Bugre, il-Malti m’huwiex razzist, għajr għal xi wħud.

Id-direttur żied jgħid li jifhem il-għaliex uħud ma jħossuhomx komdi bil-barranin fostna.

Biss, żied jgħid li jekk irridu nimxu ‘l quddiem irridu niġbdu ħabel wieħed. Spjega, li huwa importanti li bil-mod il-mod nibdew nifhmu aktar l-kultura tal-barranin u li dawn, min-naħa l-oħra, jadattaw għal dik Maltija.

Id-direttur tal-fondazzjoni saħaq li hemm bżonn li naqdfu ħafna aktar sabiex il-komunitajiet barranin jintegraw kif inhu mistenni fis-soċjetà tagħna.

Ibda biex, skont id-direttur, il-fatt li l-politika ta’ pajjiżna mfassla b’tali mod li dak li jkun ġie fostna għal ftit żmien sakemm ġietu x-xoqqa f’moxtha biex jintbagħat lil hinn minn xtutna, ma jgħinx sabiex il-barranin jitfgħu l-ankri fil-gżejjer Maltin kif suppost. B’hekk, ma jintegrawx kif ġieb u laħaq.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Aktar