Il-Maltin fil-Greċja għad għandhom lil Malta għal qalbhom

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni.

Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-komunità Maltija f’Ateni li qal jagħmlu ġieħ lill-identità ta’ Malta, fost oħrajn billi żammew ħajja tradizzjonijiet Maltin u jgħadduhom minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Spiros Gauci huwa l-konslu Malti għal Korfu. Hu Malti tal-ħames ġenerazzjoni. Jitħaddet bl-Ingliż, it-Taljan, il-Grieg u jlissen anki xi kelmtejn bil-Malti. Minkejja li l-antenati tiegħu bbażaw ruħhom f’Korfu fil-bidu tas-seklu dsatax, jgħid li l-identità Maltija għadha preżenti fil-gżira.

”We are trying to search our roots, we always have a nostalgia about the land of our ancestors, and we are trying to have a connection with Malta and the Maltese authorities there.”

“Fil-Greċja hawn madwar 3,500 Malti u Maltija, jew inkella ċittadini Maltin li għandhom xi għeruq jew konnessjonijiet ma’ Malta, b’mod partikolari numru mdaqqas, madwar tliet elef, jinsabu f’Korfu.”

L-ambaxxatur ta’ Malta għall-Greċja, Joseph Cuschieri, qal li l-preżenza tal-Maltin hi mifruxa minn Heraklion għal Piraeus li huwa port kruċjali għall-industrija marittima. Qal li fil-kapitali, Ateni, hemm madwar mitt ċittadin Malti.

“Il-Maltin ħallew il-marka tagħhom, mhux biss f’Korfu billi bnew il-palazz tal-gvernatur, li mhux biss inbena mill-Maltin imma anki mill-ġebla importata minn Maltija, imma anki ħafna Maltin kienu strumentali biex bnew il-bini tal-parlament f’Ateni.”

Marise Samara segwiet karriera ta’ bankiera fil-Greċja. Minkejja li ilha iżjed minn nofs seklu nieqsa minn Malta, tgħid li tħossha qrib tal-Maltin tant li tikkunsidra lilha nnifisha bħala Maltija.

”My father used to write me letters, he used to inform me on everything, and I always kept in touch with Malta, now of course it’s easy because of the digital system.”

Lina Calleja ilha snin li telqet minn Malta u hi kburja li wliedha ħadu interess f’Malta.

”U żgur, noħodhom Malta għax iħobbuha ħafna u l-kbira titkellem ftit words,, furketta u sikkina…”

Il-President George Vella qal li Malta u l-Greċja qed jiċċelebraw it-tlieta u l-ħamsin sena mindu bdew relazzjonijiet diplomatiċi u wera apprezzament li l-Maltin li jgħixu hawn urewh kemm għad għandhom lil Malta għal qalbhom.

”Min ilu hawn 40 sena min ilu hawn 50 sena, min qatt ma ġie Malta għax ovvjament il-komunità speċjalment f’Korfu jmorru lura għall-1819, iltqajt ma’ ħafna nies interessati li għamlu x-xogħol u l-karriera tagħhom, u tieħu gost li tara li hemm rispett lejn dak li tirrappreżenta Malta illum…”

Il-President kien il-Greċja għal-laqgħa tal-Arraiolos li tlaqqa’ flimkien il-Presidenti f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhomx irwol eżekuttiv.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Sas-sajf li ġej mistennija jkunu lesti għall-użu taċ-ċiklisti u l-pubbliku, żewġ pontijiet pedonali li qed isiru bħalissa għal żewġ toroq ewlenin fi Blata l-Bajda u qrib l-ajruport f’Ħal Luqa.Il-pontijiet qed…

Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar kif se jinħatar il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, b’metodu li fi kliemu hu aktar trasparenti mis-sistema ta’ bħalissa fejn il-ħatra ssir direttament mill-Prim Ministru. Dr Abela qal…

Aktar