Lokali
Il-Maltin fl-Awstralja kellhom jissieltu ma’ nirien qawwija, xita qalila u issa l-Covid-19

Mhumiex biss il-Maltin li jgħixu Malta li huma affettwati mill-COVID-19 iżda anke eluf ta’ Maltin li jgħixu l-Awstralja.

Żewġ familji Maltin qalulna li s-sitwazzjoni fl-Awstralja hija simili ħafna għal Malta tant li l-pajjiż-kontinent b’popolazzjoni ta’ 25 miljun persuna sa issa rrapporta 63 fatalità u l-każi ġodda qed jonqsu wkoll.

”Aħna hawnhekk Melbourne ilna magħluqin bejn tlieta u erba’ ġimgħat lockdown.”

Il-Malti-Awstraljan, Kurt Farrugia qalilna li minkejja li mbegħda ħafna minn xulxin, qed jinnota li bejn Malta u l-Awstralja hemm ħafna xebħ fil-mod kif qed jirnexxilhom irażżnu l-imxija tal-Covid-19 anke jekk l-awtoritajiet tas-saħħa qed iwissu li l-qofol għad irid jintlaħaq.

Fl-Awstralja, b’popolazzjoni ta’ madwar 25 miljun persuna sa issa kien hemm 6,500 każ ta’ Covid 19 u 63 persuna li mietu.

Il-Konslu ta’ Malta fl-istat ta’ Queensland, Sandra Micallef qalet li n-numru pjuttost baxx ta’ mwiet hu dovut għar-restrizzjonijiet li ddaħlu fosthom l-għeluq tal-fruntieri bejn is-sitt stati.

“Bħalissa hawnhekk fi Queensland għandna miżuri stretti ħafna u restrizzjonijiet biex tidħol fl-istat ta’ Queensland tant li residenti minn stati oħra bħal Victoria, New South Wales jew Western Australia ma jistgħux jidħlu Queensland mingħajr l-permess tal-Pulizija.”

“Bażikament tista’ toħroġ biss biex tixtri l-affarijiet essenzjali, passiġġata għal excercise iżda ma tistax tkun iktar minn żewġ min-nies li jgħixu fl-istess dar…”

L-impatt ta’ din il-kriżi tas-saħħa pubblika beda jinħass ukoll fl-ekonomija tant li mistennija żieda qawwija fil-persuni jirreġistraw għax-xogħol.

”Qed jistenna li r-rata tal-qgħad fl-Awstralja kollha se titla’ għal 10% li hu l-ogħla livell fl-aħħar 26 sena però introduċa wkoll diversi miżuri bħala għajnuna finanzjarja għal dawk li jaħdmu u dawk li tilfu x-xogħol tagħhom.”

Riżultat tal-lockdown, l-iskejjel ingħalqu u t-tfal illum bdew it-tieni semestru tas-sena skolastika b’tagħlim mid-dar bl-għajnuna tal-mezzi diġitali u tal-ġenituri tagħhom, kif bdiet tagħmel Christine Farrugia maż-żewġt itfal tagħhom waqt li għamilna kuntatt magħhom.

“It’s been a very tough, tough few months for us now so we’re taking it week by week, day by day.””

Sa issa l-2020 ma kienet sena tajba għal ħadd iżda possibilment ftit aktar għall-Awstraljani għax l-ewwel kellhom jissieltu man-nirien qawwija, imbagħad max-xita qalila u issa l-pandemija.

Aħbarijiet Oħra

L-MUT fi stqarrija qalet li kull deċiżjoni li ttieħdet min-naħa tal-union saret għas-saħħa u s-sigurta tal-istudenti, l-edukaturi u l-familji. F’reazzjoni għall-aħbar li tressaq protest ġudizzjarju kontra l-MUT u l-UPE fid-dawl…

L-edukaturi daħlu lura f’107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wkoll wara li sar…

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

Aktar