Agrikultura
Il-Maltin it-tieni l-iktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom

Ras għal ras il-Maltin huma t-tieni l-aktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

Skont ċifri tal-Eurostat, kull Malti jiġġenera medja ta’ 647kg skart fis-sena. Jaqbżuna biss id-Daniżi li jiġġeneraw 777kg skart. Mill-banda l-oħra, b’medja ta’ 261kg kull persuna, ir-Rumeni l-inqas li jiġġeneraw skart. Il-medja fl-Unjoni Ewropea hija ta’ 480kg kull persuna.

Il-Wasteserv li hi responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart qed tinnota xejriet differenti fil-ġenerazzjoni tal-iskart, kif spjegalna l-Kap Eżekuttiv Tonio Montebello bbażat fuq ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-2018.

“Il-household solid waste kien hemm żieda żgħira ta’ 0.15% pero jekk tieħu in kunsiderazzjoni ż-żieda fil-popolazzjoni b’madwar 3.75% u ma tinkludix iż-żieda drastika fit-turiżmu, fir-realtà inti kellek żieda wkoll fil-household solid waste u dik bħala Wasteserv hija l-iktar ħaġa li tinteressana għax għandha impatt dirett fuq l-operat u fuq il-landfills.”

Iċ-ċifri tal-NSO juru li b’mod ġenerali l-iskart solidu fosthom mill-industrija u l-kostruzzjoni li ġie ġġenerat fl-2018 kien jammonta għal inqas minn żewġ miljun u sitt mitt elef tunnellata, tnaqqis ta’ kważi 5%a meta mqabbel mal-2017.

Is-Sur Montebello qal li fl-istess sena ġiet osservata żieda ta’ kważi 77% fil-flixken tal-ħġieġ u ta’ 40% fl-iskart riċiklat li jinġabar mill-boroż griżi.

Mistoqsi dwar l-ewwel sena u nofs mill-introdużżjoni tal-borża bajda għall-iskart organiku f’Ottubru tal-2018, il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv qal li fl-2019 qabżu l-mira li jiġbru 16,000 tunnellata.

“Fir-realtà ġbarna 26,000 tunnelata jiġifieri 10,000 tunnellata iżjed, allura sodisfatti mmens u tant ħafna sodisfatti li l-kumpanija ħasset il-bżonn li tagħmel investiment ta’ kważi tliet miljun ewro fl-impjant ta’ Sant’Antnin sakemm isir l-impjant ġdid fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, biex inkunu nistgħu nitrattaw il-materjal organiku waħdu u mhux imħallat mas-sewda.”

B’hekk hu stmat li fl-2019 kull persuna li tgħix Malta ġġenerat kważi kilo fil-ġimgħa ta’ skart organiku għal total ta’ 52.6kg f’sena waħda.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar