Lokali
Il-Maltin it-tieni l-inqas poplu li jħossu limitat bl-istat ta’ saħħtu

Statistika tal-Ewrostat dwar il-limitazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum minħabba l-kundizzjoniji tas-saħħa, turi li wara l-Iżvediżi, il-Maltin huma t-tieni l-inqas poplu li jħossu limitat minħabba l-istat ta’ saħħtu.

Fil-fatt huma 3.5% biss tal-popolazzjoni Maltija li jħossu li għandhom limitazzjoni severa, waqt li 87.1% iħossu li m’għandhom l-ebda tip ta’ limitazzjoni.

Il-medja fl-Unjoni Ewropea tal-persuni li għandhom problemi jagħmlu l-attivitajiet ta’ kuljum minħabba problemi tas-saħħa hija ta’ 24.1%, waqt li 75.1% m’għandhom l-ebda tip ta’ limitazzjoni.

L-istatistika turi wkoll li persuni bi dħul għola jirrappurtaw inqas limitazzjonijiet minħabba s-saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar