Il-Maltin jieklu ħafna inqas ħut mill-medja Ewropea

Tnediet il-kampanja nazzjonali tal-ħut b’investiment ta’ nofs miljun Ewro, li 70% minnhom se jinħarġu minn fondi tal-European Fisheries Fund. Il-kampanja għandha l-għan li jiżdied il-konsum u d-diversifikazzjoni tal-ħut ikkonsmat mill-Maltin.

galdes

L-ammont ta’ ħut ikkonsmat f’Malta huwa inqas minn dak irrakkomandat mill-esperti, jiġifieri dak ta’ għaxar kili. Filfatt f’Malta l-konsum tal-ħut huwa ta’ ftit aktar minn sitt kili u erbgħa minn kull għaxar persuni f’Malta ddikjaraw li ma jiklux ħut.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, qal li l-industrija tas-sajd lokali tista’ tissaħħaħ u tkun mifruxa matul l-istaġuni kollha jekk ikun hemm tisħiħ fl-għarfien dwar id-diversifikazzjoni fil-konsum. Qal li speċi bħal kavall, merluzz, sawrel u mazzola jistgħu jinstabu fis-suq matul is-sena kollha.

Is-Segretarju Parlamentari Galdes qal li din il-kampanja għandha l-għan li tgħin lill-poplu Malti biex ikollu dieta aktar sana u varjata matul is-sena kollha.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar