COVID-19
Il-Maltin kemm iħobbuha d-dar? Għadd ta’ personalitajiet jiddiskutu f’ ‘Sibtek’ illum

Il-Covid-19 ilkoll sfrattalna xi ftit jew wisq ir-rutina ta’ kuljum. Ilkoll, b’xi mod, kellna naddattaw għal din ir-realtà ġdida. Minkejja dan, dan iż-żmien bla preċedent ilkoll ġegħilna napprezzaw il-lussu li ngħixu fih bla ma nafu. Fosthom, il-fatt li għandna saqaf fuq rasna.

F’dan l-isfond, waqt ‘Sibtek’ illum għadd ta’ personalitajiet se jiddiskutu dwar id-dar tal-Maltin. Dar, li f’dawn l-aħħar xhur kienet strumentali għal kull wieħed u waħda minna. Ilkoll, il-personalitajiet mistiedna se jgħidu tagħhom fuq kemm skonthom il-Maltin iħobbu d-dar, jekk bħala poplu nħobbux narmaw darna u jekk il-Maltin iżommux ir-residenza tagħhom pupilla.

Fost il-personalitajiet illum, Eleonor Cassar, Debbie Scerri u Etienne Schembri.

Illum ukoll, l-awtur Gerard James Borg jitkellem dwar proġett partikolari li ilu jberren f’moħħu ġmielu u li għall-ewwel darba se jitkellem fuqu mal-pubbliku. Imbagħad, id-diskors jaqa’ fuq kantant lokali li ħareġ kanzunetta dwar iż-żmien tal-Covid-19. Liema kanzunetta, laħqet il-quċċata ta’ għadd ta’ klassifiki lokali u barranin.

Id-daħk u l-umoriżmu ma jonqsux, b’mod speċjali ma’ Wayne Aquilina u Agnes Pandolfino.

‘Sibtek’, illum fis-12.45 fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-qraba se jitħallew jibqgħu jaraw lill-anzjani fid-djar residenzjali bl-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda. Se jiġi żgurat li kull ġimgħa jsiru attivitajiet li jferrħu u li jżommu okkupati lill-anzjani f’dawn ir-residenzi. Abbażi…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 49 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u fiequ 5 persuni. B’din iż-żieda issa l-każijiet attivi jitilgħu għal 311 bin-numru total ta’ swab tests…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Aktar