Il-Maltin jibqgħu l-ewwel fil-ħxuna fl-Ewropa

Il-Maltin erġajna ġejna l-ewwel fil-ħxuna, fost il-popli fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Skont ċifri tal-Eurostat, ir-Rumeni u t-Taljani huma l-aktar żnelli. Il-Maltin huma l-aktar ħoxnin, b’aktar minn wieħed minn kull erba’ għandhom piż żejjed u ngħaddu bicca sew lin-nies tal-Latvja li kklassifikaw bħala l-aktar ħoxnin warajna.

X’qed jikkontribwixxi għal dan? Il-Malti żaqqieq? Jiekol kull ma jiġi quddiemu, u porzjonijiet kbar wisq?

L-Istatistika tal-Eurostat għall-2014 turi li l-problema tal-piż żejjed fil-pajjiżi Ewropej kompliet tiżdied tant li wieħed minn kull sitt persuni adulti fl-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma kkunsidrati li għandhom piż żejjed.

Miċ-ċifri joħroġ li r-Rumanija għandha biss ftit aktar mid-9% tal-popolazzjoni tagħha li għandhom piż żejjed. Fl-Italja 10.7% filwaqt li l-miżien f’Malta jisplodi għax 26% tal-Maltin għandhom piż żejjed.

U għax il-Maltin iħobbu żaqqhom sew, il-ħwienet tal-ikel saru iktar abbundanti u magħhom żdiedu l-bosta attivitajiet li taħt skuża jew oħra jipprovdu gabbani b’ikel ferm ‘il bogħod mid-dieta Mediterranja.

Maria Schembri, konsulenta fuq id-dieta, qalet li l-akbar problema tal-Maltin hija l-porzjonijiet kbar. “Mhux biss it-tip ta’ ikel li ħa jagħmel id-differwenza, għax nafu li hemm ċertu ikel li għandu x-xaħmijiet, allura għandek iktar tendenza li ħa żżid il-piż, imma anke kemm ħa nieklu. Anke jekk m’għandux daqshekk kaloriji daqs ix-xaħam, jekk tiekol porzjonijiet kbar xorta hemm riskju li żżid il-piż.

Qalet li l-eżerċizzju hu importanti u għandu jidħol fir-rutina ta’ kuljum iżda l-guffaġni fl-ikel huwa l-agħar ħaġa.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar l-inkjesta ta’ Egrant, il-Partit tal-Alternattiva Demokratika qal li l-korruzzjoni mhux faċli li tippruvaha. Il-Kelliem tal-AD, Carmel Cacopardo qal li l-Alternattiva Demokratika dejjem qagħdet lura meta bdew ħerġin…

Politika Lokali

F’konferenza stampa dwar il-każ Egrant, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li talab lil Dr Simon Busuttil iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Qal li fid-dawl tal-prinċipji tal-Partit…

Politika Lokali

Id-deputat u l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li s-sejħa tal-Prim Ministru biex huwa jirriżenja wara l-eżitu tal-inkjesta fuq Egrant hija redikola. L-inkjesta sabet li l-Egrant ma kinitx tal-Prim…

Immigrazzjoni

Jaslu u jinżlu l-art id-19-il immigrant li ġew salvati fl-ibħra Maltin matul il-lejl li għadda. Il-Forzi Armati kienu bieżla dal-lejl b’operazzjoni ta’ salvataġġ wara li dgħajsa li kienu fuqha 19-il…

Aktar