Unjoni Ewropea
Il-Maltin l-iktar imħassba bl-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima

Stħarriġ tal-Parlament Ewropew wera sentiment qawwi fost iż-żgħażagħ Ewropej għall-parteċipazzjoni tagħhom għall-proġett Ewropew permezz tal-vot tagħhom fl-elezzjoni ta’ Mejju li għadda.

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru wera, fost oħrajn, li l-iktar kwistjonijiet li huma ta’ tħassib għall-Maltin huma l-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima.

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru, ikkummissjonat mill-Parlament Ewropew, wera li ż-żgħażagħ taħt il-25 sena li ħarġu jivvutaw kienu fost il-fatturi ewlenin li wassal biex fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li għadda vvutaw rekord ta’ 50.6% votant fl-istati membri fl-Unjoni Ewropea. Din hi l-ogħla rata’ ta’ votazzjoni sa mill-elezzjonijiet Ewropej tal-1994.

Mill-istħarriġ joħroġ li żdiedu wkoll il-votanti fl-età ta’ bejn 25 u 39 sena. Imqabbel mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, il-votazzjoni żdiedet fi 19-il stat membru u naqset bi ftit fi 8 stat membri, inkluż Malta, għax ivvutaw 2.1% inqas mill-elezzjoni ta’ qabel.

L-istħarriġ, li sar f’Ġunju, juri li t-temi tat-tkabbir ekonomiku (44%) u t-tibdil fil-klima (37%) kienu l-iktar żewġ suġġetti li ħeġġew lin-nies biex joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Fost il-votanti Maltin, l-iktar kwistjonijiet ta’ tħassib kienu l-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima.

Filwaqt li l-għadd ta’ ċittadini Ewropej li jemmnu li l-vuċi tagħhom tinstema’ fl-istituzzjonijiet Ewropej żdiedet għal 56%, l-appoġġ għall-Unjoni Ewropea baqa’ fl-ogħla livelli qatt irreġistrati, b’59% tan-nies iħossu li s-sħubija ta’ pajjiżhom fl-Unjoni Ewropea hi xi ħaġa tajba.

L-istħarriġ juri li Brexit kellu effett fuq il-votanti Ewropej, b’22% tal-votanti jħossu li l-kwistjoni influwenzat id-deċiżjoni tagħhom biex jivvutaw.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar