Lokali
Il-Maltin li jinsabu Strasburgu ma kinux fil-periklu – l-Ambaxxatur Maltija fi Franza

L-Ambaxxatur ta’ Malta fi Franza, Helga Mizzi, kitbet fuq Facebook li l-Maltin li hu magħruf li jinsabu fi Strasburgu ma kienux fil-periklu fil-ħin li seħħ l-attakk terroristiku f’villaġġ tal-Milied fil-belt ta’ Strasburgu. Hija qalet li l-Ambaxxata u l-Konsulat jinsabu f’ kuntatt mal-awtoritajiet.

Intant, fl-aħħar żviluppi minn Strasburgu jirriżulta li fl-attakk inqatlu 3 persuni u ndarbu 12-il ruħ oħra.  Fost il-vittmi ġie identifikat s’issa turist Tajlandiż ta’ 45 sena, filwaqt li martu li hija wkoll Tajlandiża hija fost il-midruba.

Iċ-ċentru ta’ Strasburgu ingħalaq mill-ewwel ftit wara li seħħ l-attakk tant kienu bosta l-Maltin li bħalissa jinsabu Strasburgu u kitbu fuq Facebook li baqgħu fir-ristoranti fejn kienu qed jieklu għal diversi sigħat sakemm il-Pulizija fetħu l-aċċess fil-ħinijiet bikrin ta’ dalgħodu.

Sadanittant, l-awtoritajiet għaddejjin fi tfittxija għall-presunt aggressur Cherif Chekatt, li għandu 29 sena, li aktarx indarab fi skontru mal-Pulizija b’tiri t’arma tan-nar.

Fid-dar ta’ Chekatt instab xi splussiv ftit ħin qabel ma seħħ l-attakk.  Il-forzi tal-ordni ipperkwiżizzjonaw id-dar tas-suspettat aggressur biex jarrestawh.  Fl-imgħoddi huwa kien diġà l-ħabs fuq aggressjoni.

Ir-raġel kien magħruf mal-Pulizija bħala persuna radikali u theddida għas-sigurtà nazzjonali.  L-oriġini ta’ Chekatt hija mill-Afrika ta’ Fuq iżda huwa twieled fi Strasburgu.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Barranin

Żagħżugħ li qabeż minn gallarija fil-11-il sulsar ta’ cruise liner li kien sorġut fil-Bahamas jista’ jgħoddha b’waħda, hekk kif ħeles biss bi ftit uġigħ. Wara l-episodju Nick Naydev, Kanadiż ta’…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Aktar