Lokali
Il-Maltin ma jibżgħux joħorġu waħedhom fit-triq

Il-Maltin huma fost l-iktar 25 poplu li esprimew fiduċja fl-istituzzjonijiet taż-żamma tal-ordni u jħossuhom siguri f’pajjiżhom.

L-istudju mill-kumpanija Gallup sar f’142 pajjiż u stħarreġ il-perċezzjonijiet taċ-ċittadini dwar is-sigurtà.

Malta kklassifikat fit-23 post fost 142 pajjiż fi studju tal-aġenzija Gallup li stħarreġ il-perċezzjonijiet tal-pubbliku dwar l-ordni u s-sigurtà.

Il-Global Law and Order Report indaga l-perċezzjoni fost 148,000 ċittadin minn madwar id-dinja dwar aspetti tas-sigurtà fosthom jekk iċ-ċittadini jħossuhomx siguri jimxu waħedhom f’pajjiżhom. Intalbu jgħidu wkoll jekk għandhomx fiduċja fil-forzi taż-żamma tal-ordni u jekk kienux vittmi ta’ serq jew attakki fl-aħħar sena.

Malta ġiet ikklassifikata mal-ewwel 25 pajjiż billi kisbet 86 punt minn massimu ta’ 100 punt. Singapore kien ikklassifikat bħala l-aktar pajjiż fejn iċ-ċittadini jħossuhom siguri b’97 punt u warajh in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Finlandja. Il-pajjiżi fejn iċ-ċittadini jħossu l-inqas siguri huma l-Afghanistan u l-Venezwela.

Il-konklużjonijiet tal-istudju varjaw sostanzjalment minn reġjun għall-ieħor, bl-aktar pajjiżi żviluppati bħall-Istati Uniti u l-Kanada, il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Lvant tal-Asja u l-pajjiżi Ewropej għandhom l-iktar livelli għolja ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet għaż-żamma tas-sigurtà. Il-pajjiżi fl-Amerika Latina u l-Karibew irreġistraw l-inqas punti fl-istħarriġ f’dik li hija fiduċja fl-istituzzjonijiet ta’ sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
Trump

Gidba minn George Papadopoulos ħelset lill-Professur Malti Joseph Mifsud milli jiġi aktar investigat dwar ir-rabta bejn il-President Amerikan Donald Trump u r-Russja waqt il-kampanja elettorali. L-Awtoritajiet Federali Amerikani qed jinsistu…

Kronaka

Raġel ħarab wara li seraq ammont ta’ flus minn ħanut. Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm, raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal f’ħanut fi Triq Santa Tereża, Bormla. Huwa talab il-flus…

Ikel

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ twissija dwar ftehim għal żieda fil-prezz tal-pastizzi u qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Fi stqarrija, l-Uffiċċju għamel referenza għar-rapporti…

Aktar