Unjoni Ewropea
Il-Maltin pożittivi dwar is-sħubija fl-UE, il-maġġoranza se jivvutaw fl-elezzjoni tal-MEPs

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta bbenefikat mis-sħubija.  Dan ifisser li l-Maltin jaraw il-benefiċċji ħafna iktar mill-medja Ewropea li hija ta’ 68%.

67% tal-Maltin jaraw is-sħubija bħala xi ħaġa tajba, 6% iktar mill-medja Ewropea, filwaqt li kieku kellhom jivvutaw f’referendum dwar jekk għandhomx jibqgħu membri fl-UE, il-maġġoranza tal-Maltin (68%) wieġbu li Malta għandha tibqa’ msieħba fil-blokk Ewropew, sentiment li jirrifletti wkoll fil-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej (68%).

Meta ntalbu jesprimu jekk hux se jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, 36% wieġbu li huma kważi ċerti li se jivvotaw, filwaqt li 35% oħra qalu li x’aktarx li jivvutaw mentri 28% wieġbu li x’aktarx mhux se jivvotaw.  Is-sentiment tal-Maltin huwa kemmxejn għola mill-medja Ewropea, hekk kif 35% tal-Ewropej qalu li se jivvutaw, 32% x’aktarx li se jivvutaw, filwaqt li 31% qalu li wisq probabbli mhux se jivvutaw.

Terz biss mill-Ewropej jafu li l-votazzjoni se ssir f’Mejju u 5% biss kienu kapaċi jikkwotaw id-dati eżatti, filwaqt li f’Malta 73% tal-persuni intervistati jafu d-data tal-elezzjoni.

Dwar it-temi ewlenin li għandhom jiġu iskussi waqt il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-istħarriġ juri li l-Maltin jixtiequ li tingħata prijorità lill-immigrazzjoni (72%), il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent (50%), u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija (40%).

Anke għall-Ewropej il-prijorità assoluta hija l-immigrazzjoni, segwita mill-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent.

mt-mt-factsheet-parlemeter-2019

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Ministru Michael Falzon iddikjara li minn dak li deher s’issa, kollox qed jindika li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza assoluta. F’kumment li ta lil TVM, il-Ministru Falzon, li għandu esperjenza twila…

Lokali

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li jekk iċ-ċifri ta’ kemm ħarġu jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma korretti, jidher li f’ċertu distretti li huma predominanti Nazzjonalisti ma ħarġux jivvotaw…

Elezzjoni

Il-proċess tal-għadd tal-voti llum qed jara tibdil ġmielu, hekk kif għall-ewwel darba l-voti se jingħaddu bi scanners apposta. Il-kaxxi bil-voti li mal-lejl twasslu fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar ittieħdu ħdejn l-imwejjed…

Elezzjoni

Id-deputat Hermann Schiavone qed ibassar dik li ddeskriva bħala rebħa kbira għall-Partit Laburista. Hermann Schiavone ssospenda lilu nnifsu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista f’April li għadda wara kontroversja. F’kollegament telefoniku waqt xandira…

Aktar